Brussels Blog
Wednesday, October 12, 2005
  Bay Street Instinct
Qorti, 'Bay Street' jipprotesta dwar kalendarju ta' nisa għarwenin
Awtur: Karl STAGNO NAVARRA
VALLETTA - Il-kumpannija li topera l-kumpless Bay Street f'San Ġiljan ippreżentat mandat ta' inibizzjoni fil-Qorti kontra Sunflower Promotions Ltd dwar it-tqassim jew bejgħ ta' kalendarju bin-nisa għarwenin. Dan peress li l-kumpless Baystreet jidher fl-isfond ta' wieħed mir-ritratti. L-operaturi ta' Bay Street qalu li saret taf b'kalendarju bl-isem Amour Calendar 2006 Scantily Clad View of Malta li qed jitqassam f'diversi ħwienet f'Malta. Huma sostnew li l-kumpless Bay Street għandu fama ta' post għall-familja kollha. Bay Street Holdings Ltd u Bay Street Hotel Complex Ltd qalu li matul is-snin bnew ċertu goodwill iżda l-kumpannija Ingliża li produċiet u ppubblikat il-kalendarju kienet qed tkisser din id-dehra tal-kumpless kollu. Jirriżulta li l-kumpless jidher fl-isfond ta' ritratt għax xahar ta' Frar 2006 u quddiemu tidher mara għarwiena. L-operaturi sostnew li l-aġir ta' min ippublika u qed iqassam il-kalendarju hu illegali u abbużiv u għalhekk talbu li jingħataw ħlas għad-danni li sofrew.
 
Comments:
Ehh xi jridu jivvintaw biex jaghmlu naqra profitt Bay Street lol
 
Ajjut! Ajjut!
 
Cool (viva l-Photoshop)
 
Post a Comment



<< Home
TOUT EST KITCH, SI L'ON VEUT.

ARCHIVES
May 2005 / June 2005 / July 2005 / August 2005 / September 2005 / October 2005 / November 2005 / December 2005 / January 2006 / February 2006 / March 2006 / April 2006 / May 2006 / June 2006 / July 2006 / August 2006 / September 2006 / October 2006 / November 2006 / December 2006 / January 2007 / February 2007 / November 2007 /


Powered by Blogger

Mit-18 ta' Dicembru 2005
Free Web Counter
Friends, Bloggers, (mainly) Countrymen
  • Fool's Cap - Malta's intelligentsia laid bare
  • J'accuse - Probably, Malta's most popular blog
  • Pierre J. Mejlak - Maltese literature spreads its wings
  • Toni Sant - In the beginning there was Toni
  • Wired Temples - Malta as centre of the universe
  • Il-Blobb tas-Sibt Filghaxija - Immanuel Mifsud
  • Xifer - Hibernating on the Edge
  • Triq il-Maqluba - Il-Malti fuq ruhu (bhalissa bil-brejk f'post griz)
  • Neebother - Thinking in the Cold
  • Malta, 9 Thermidor - The Right's Rottweiler
  • Aaron Farrugia's Blog - The beginning of the end of door-to-door visits?
  • Inutile de degeler - Cryptic stuff from the land of surrealism
  • Ajjut! Ajjut! - The aches and pains inflicted by Brand Malta
  • Lost in Thought - And Lots Going On
  • Mexxej Hassieb - Down, High and Out in Prague and Valletta
  • Kim Bah Lee - Bruxelles a l'anglaise