Borza cips
Sfortunatament naqra zghira l-istampa tal-qoxra ta' dan il-ktieb helu ta' Yves Le Manach li jismu "Le fritisme", li bil-Malti nahseb naqblu tigi "Ic-cipsizmu". U b'hekk inzidu "-izmu" iehor wara s-socjalizmu ta' Salvu Sammut u l-faxxizmu ta' l-ohrajn. Is-sottotitolu tal-ktieb huwa Cips, tribalizmu w identita'. Is-sintezi tal-ktieb tghid hekk: "X'nifhmu bil-kelma "cipsizmu"? Moviment belgjan li ghamel tieghu c-cips, b'argumenti fazulli nazzjonali-storici-kulinarji. L-awtur jizvela lid-dinja kollha din il-gidba storika." Fil-fatt Le Manach isostni li c-cipsa hija Bretonne.
Il-karattru fl-istampa qed jghid: "Qrajtuh l-ahhar rapport? Ic-cipsa hija Bretonne. Resqin lejn kunflitt kbir fl-Ewropa. Nghaddu ghall-pjan ta' periklu. L-armata lesta..."
Nahseb jithajjar jixtrih sehibna l-gybexi li llum hareg b'din il-metafora fuq il-blogg ta' Mark:
Antoine, tipprovax tifimha lill-Daffni - hi mara intelligenti u li taf tikteb imma l-intelligenza taghha sfortunatament qisha l-frites (jew ic-cips) ta' Bertu's Takeaway - fejn il-frites huma l-intelligenza u z-zejt hu x-xaham ta' l-'ismlizzar' u pregudizzji tipikament haughty u pretenzjuzi tal-pepe.int trid ic-cippa biss imma ser issibha indurata u tqattar biz-zejt tal-pregudizzji...