Le Weekend
Iz-Zico, li sar jiddeskrivi ruhu bhala “one third lawyer, one third translator, one third muscian”, rega’ kellu konferenza tat-tradutturi Brussell. U meta z-Zico jitla’ Brussell sar joqghod fil-guest house Le Maltais, “three stars, comfortable foldable mattresses, generous drinks cabinet, within jogging distance of the European Quarter.”
L-ingredjenti kollha ghal erbat ijiem xalar.
Nofs flixkun ‘Limuncell of Gozo’. Skond iz-Zico “l-ahjar li qatt doqt”. Jien ghajjartu patrijott falz. Dali’s bar sal-erbgha. Qomna tard. Breakfast Chatelain. Kellna naqbdu t-Thalys imma ddecidejna li nsuqu tul l-autoroute. Mappa u lapes. Tlaqna. Konverzazzjoni fuq in-nisa, fuq il-muzika li qed jaghmel iz-Zico u fuq il- Black Holes. Dub u jazz fuq ir-radio. Il-bidla lampanti bejn l-autoroute Belgjana u l-Franciza. Min qatt qal li d-differenzi kulturali qed jitmermru?! Diga dalam. Charles de Gaulle, Saint Denis. Wasalna fuq il-peripherique. Porte de St. Ouen. Niehdu Porte de Clichy? Hwienet tal-kebab kullimkien. Suwed u Gharab. U qeghdin Parigi. L-ANR ittihom krizi jekk jigu s’hawn. Belt hajja u mimlija energija. Madankollu l-banlieues jibqghu post fejn tista’ tfaqqa’ gwerrilja f’hakka t’ghajn. U mid-dehra hekk rega' gara l-bierah.
La Fourche – fejn kien joqghod iz-ziju Dom. Hawn kont nigi ninnamra jew nahrab. Istra ma nbidel xejn imma kollox jidher izghar. Ghaliex tghid Zico? Ghax kbirna? Jew ghax ili nghix barra erba’ snin? Min jaf?
4, Place de Clichy, il-hames sular. Henri (maghruf bhala Tonton). Erba’ snin ilu kien tela’ fuq il-palk il-Kampus ta’ l-Universita’ wara li l-pulizija kienu waqqfu kuncert tal-Ispooky Monkey. Kien rama’ jdoqq id-drums u f’temp ta’ ghaxar minuti z-Zico skopra percussionist fenomenali (iz-Zico jghid ukoll li l-Istudenti Demokristjani Maltin, l-organizzaturi tas-serata, kienu qalulhom biex liz-zeffiena Natalia Putinskaya “jnizzluha minn hemm”). Hrigna fuq il-gallarija u Tonton qalilna “tous les jours c’est un film ici”. U t-tfajla tieghu Agathe. F’temp ta’ minuta ftakart ghaliex kont nigi hawn kull hames xhur. Mike u Elise.
Hrigna, il-hsejjes ta’ Parigi, ir-riha ta’ Parigi. Posters ta’ l-MTA ma’ kull kantuniera. Ritratt ta’ mara qed tixxabbat ma’ l-irdum. Ma deherx did-darba La Vallette. Kilna taht Montmartre. Emince de boeuf, maigret de canard, morue, Pinot Noir imkessah mill-Alsace. B’xejn qalli z-Zico. Insomma daqs Brussell. Orhos minn Malta, ridt nghid. Inzilna sa l-
Elysee Montmartre, konna fuq il-guest list. Kju ma jispicca qatt. Tlaqna ‘l hemm.
On est fini chez le chinois.
Biere a la peche. Laghbna tnejn
Lotto u lura fil-kju. Il-bouncer kien jismu Oscar. Big boy, fattizzi ta’ Gharbi u lehnu qisu ta’ Renato. Melting pot. Dhalna. Muzika elektro industrijali. DJ Germaniz. Shana papali. Hrigna ftit iddizappuntati. Panini-merguez u raqda interrotta mill-inhir taz-Zico.
Rue Montorgeuil. Bars, cafes u ristoranti. Sens generali ta’ sbuhija.
They got their priorities right qalli z-Zico bid-dahka.
Gesiers de canard u
crème brule. Xeni minn film. Giex irgiel jirrummblaw fridge, inqalbet fuq Mini Minor. Hoss kbir, baqghu ghaddejjin ghal ghonq it-triq. Johrog is-sewwieq, kemmxejn tipsy. Ihares lejn id-daqqa, jhares madwaru, jibda jxejjrilhom. Ma jifqux. Jitlaq jigri warajhom imma saqajh ma jtuhx. Clochard waqaf ikellimna, jew jghid il-hmerijiet. U l-hmerijiet poezija. Xtrajna kemxa films.
Les Amants du Pont-Neuf ,
L’appartement (dan l-ahhar Monica Bellucci stqarret li
“noi donne siamo tutte un po’ puttane”), Tintin - Le Temple du Soleil, Manga jismu le 51e Galaxie, Le Mepris.
Tissokta