Brussels Blog
Sunday, November 20, 2005
  On the Road
Kien weekend helu dan li wasal biex jintemm. Tlaqna minn Brussell il-Gimgha filghaxija ma’ Elodie u ma’ Manu wara ikla take-away Thai minghand ta’ hdejja biex wara saghtejn u nofs autoroute fic-cpar wasalna Limerle, villagg mhux ikbar mill-Ghasri, ezatt fuq il-fruntiera ma’ dak il-pajjiz provincjali fejn tefghu l-ankra bosta Maltin.

Daphne, li missha tikteb ktieb jismu Malta’s a Pretty Shit Place To Be, ghandha zball: if you leave Malta, choosing somewhere equally small may have its own advantages. It’s called recognition and applies to Daphne just as much as it applies to Alfred. Malajr thossok king insomma, bit-teritorju, bit-truppa ta’ ammiraturi (u bil-faux ennemis) u bil-hsieb kostanti illi ma tridx wisq biex issir xi haga. Anki jekk mhux necessarjament tkun imdorri tippoppa sidrek. Jista’ jkun li din hi karatteristika ohra li taghmilna Maltin u vantagg li forsi ninjoraw ghax jaqblilna?

Habib tieghi Ungeriz, li kont nghix mieghu Brussell, isostni li l-hajja amoruza tieghu l-Lussemburgu hija ferm aktar movimentata minn dik li kellu hawn. You can’t avoid bumping into people but it’s still international. Jidher li wara li dahlu l-ghaxar pajjizi l-godda fl-EU, l-Lussemburgu sar il-Belt Kapitali ta’ l-Imhabba. Hallikom minn Parigi. U istra, kif kull min naf, hlief forsi dal-Juventin, erhilu jitrakka ma’ nisa gejjin mill-SK, l-LT jew mill-LV? Qishom ma jezistux il-pajjizi l-ohra. Min jaf ghaliex? Perswaz illi jkun hemm xi helu jithajjar jikteb tezi fuq dal-misteru socjologiku.

Insomma, b’rihet gheluq snin Valentina Ferrari (li missierha jismu Guido), kilna hafna speck, polenta veneta, goulash u Nutella, xrobna hafna nbid mill-Korsika, imxejna mixja ta’ tliet sighat fil-bard qalb il-baqar Belgjani u sirna nafu hafna nies helwin. Lil Valentina xtrajnilha kimono vjola li fakkar lit-Taljani kollha u lili, imma lil hadd izjed, fil-libsa tal-Papa. La Ferme des Pres ma kellhomx Sky Sport u l-partita Roma-Juve segwejtha fuq it-teletext bejn platt goulash, bela nbid u t-tiramisu’. La Repubblica, li l-gurnalisti sportivi taghha nisthajjilhom kittieba ta’ veru, iddeskriviet lil Juve b’dawn il-kelmiet: calma, cinica e cattivissima. De gustibus non est disputandum.

Illum soqna lura u f’temp ta’ saghtejn wasalna d-dar. U ergajt ikkonvincejt ruhi li, wara li jinghad kollox, l-problemi l-kbar kollha ta’ Malta huma semplici hafna. U li forsi l-politikanti ma jahtux daqs kemm nahsbu.
 
Comments: Post a Comment



<< Home
TOUT EST KITCH, SI L'ON VEUT.

ARCHIVES
May 2005 / June 2005 / July 2005 / August 2005 / September 2005 / October 2005 / November 2005 / December 2005 / January 2006 / February 2006 / March 2006 / April 2006 / May 2006 / June 2006 / July 2006 / August 2006 / September 2006 / October 2006 / November 2006 / December 2006 / January 2007 / February 2007 / November 2007 /


Powered by Blogger

Mit-18 ta' Dicembru 2005
Free Web Counter
Friends, Bloggers, (mainly) Countrymen
  • Fool's Cap - Malta's intelligentsia laid bare
  • J'accuse - Probably, Malta's most popular blog
  • Pierre J. Mejlak - Maltese literature spreads its wings
  • Toni Sant - In the beginning there was Toni
  • Wired Temples - Malta as centre of the universe
  • Il-Blobb tas-Sibt Filghaxija - Immanuel Mifsud
  • Xifer - Hibernating on the Edge
  • Triq il-Maqluba - Il-Malti fuq ruhu (bhalissa bil-brejk f'post griz)
  • Neebother - Thinking in the Cold
  • Malta, 9 Thermidor - The Right's Rottweiler
  • Aaron Farrugia's Blog - The beginning of the end of door-to-door visits?
  • Inutile de degeler - Cryptic stuff from the land of surrealism
  • Ajjut! Ajjut! - The aches and pains inflicted by Brand Malta
  • Lost in Thought - And Lots Going On
  • Mexxej Hassieb - Down, High and Out in Prague and Valletta
  • Kim Bah Lee - Bruxelles a l'anglaise