L'Egoiste romantique
Illum qomt b'riefnu papali, kwazi ma stajtx niehu nifs. Imma habat tajjeb ghax kellna l-istaff party u ma tantx kelli aptitu.
U x'taqbad taghmel id-dar? Bdejt nittraduci xi siltiet minn ktieb ta'
Beigbeder bhala
trial. Forsi t-tradutturi
ta' vera jkunu jistghu jatuni xi pariri siewja?
(tradott mill-Franciz, minghajr il-permess ta' l-awtur)
Din l-istorja tibda fis-sena 2000. Oscar Dufresne ghandu 34 sena. Huwa awtur taparsi, bhalma jezistu l-morda immaginarji. Izomm djarju fil-gazzetti sabiex hajtu ssir eccitanti. Huwa egoist, wiccu tost, ciniku u mohhu fis-sess - fi kliem iehor, ragel bhall-ohrajn.
It-Tnejn
Tahseb li ghandi xi haga xi nghid? Tahseb li ghext xi haga importanti? Forsi u forsi le. Jien biss ragel. Ghandi storja bhal m'ghandu kullhadd. Meta naghmel siegha nigri fuq it-treadmill, nisthajjilni metafora.
L-ErbghaStrasburg hija Amsterdam minghajr il-haxixa legali (imma l-inbid ta' l-Alsace huwa permess). Qed immaxtar erba' bretzels waqt li nahseb fuq l-Ewropa. Is-sakra tinhass tajba wisq f'dil-belt gotika; l-ilma kulur il-fidda jirrefletti d-djar nofshom ta' l-injam u l-
boots tal-prostituti estoni. Fil-
Living Room (11, rue des Balayeurs), l-atmosfera ghandha laqxa borgiza. Qed idoqqu
You are my high, il-
hit ta' l-iljieli ffrizati. Perikoluz li tixrob wisq meta tkun bil-qieghda; l-effetti tinduna bihom meta tqum. Imbaghad ma tkunx tista' tparpar 'il barra, allura terga' tpoggi, u dlonk jibdew il-
hassles. Wara ikla sawerkrawt, nillandjaw ghand Les Aviateurs (tliftu l-indirizz). Ghaliex wiehed ghandu jaghzel bejn il-bjondi, il-bruni u l-gingrin? Irrid nohrog ma' blonda, ma bluna u ma' bingrina. Saru s-sebgha ta' filghodu; ma jistax iqumli. Il-hin meta l-foqra jmorru ghax-xoghol.
Il-HamisInhobb id-dwejjaq tieghi. Izommli kumpanija. Xi kultant, meta nkun kuntent, ikolli nostalgja ghall-ugieh. Kemm insiru
addicts malajr!
It-TnejnKien hemm zmien fejn tant kont sirt borgiz li kont nobghod kull ktieb li ma kellux il-kliem "pufta", "zobb", "LSD", "qahba" etc. Issa li sirt rebel trash-hardcore-neopunk ta' veru, gejt qisni Virginie Despentes: nippreferi l-kliem "serenita'", "tfal", "imhabba" u "sincerita'"
. Il-HaddL-iktar haga stramba meta nkun barra, huwa t-ton serju li bih il-gurnalisti barranin jistaqsuni fuq it-tifsira tal-hajja? Mela hasbuni
Father Colin jew? (fl-original
Eric-Emmanuel Schmitt).
Il-Hamis [Taqblu li din
strettament ma tistax taqlibha ghall-Malti?]
Caroline, 22 ans:- A 18 ans, je passais mes journees a rever d'amour. A 22, je passe mes nuits a le faire. Je sais que je suis une salope parce que je prefere maintenant. Il-Hamis
Joghgobni hafna dar-refrain mill-kanzunetta l-gdida ta' Eminem: Now this looks like a job for me/So everybody just follow me/Cause we need a little controversy/Cause it feels so empty without me.
Eminem, l'Oscar Dufresne Amerikan? Toghgobni l-onesta' ta' dan ir-rebel li jasal jikteb song li fiha janalizza ghaliex qed jikteb song. Fi ftit kliem, jittrattana ta' gahan, jispjegalna li minghajru konna mdejjqin, li qed jitnejjek bina u li ghalhekk nadurawh. Kien hemm zmien iehor fejn ir-rock stars vera kienu rebels, illum saru rebels cinici. Li tara car ha post ir-rabja. Li tara car hija l-forma gdida ta' ribelljoni.