Rue de Bailli
Helwa wisq kienet din. Kont ghaddej minn Rue de Bailli f'dik il-gegwigija traffiku, trams, xarabanks u vannijiet ihottu l-merkanzija ta' nofsinhar. U kien hemm BMW sportscar minn dawk tal-keshin (u li joghgbuni hafna), silver metallic vilment ipparkjata f'nofs ta' triq, b'serbut twil ta' vetturi migbura warajha. Hornijiet, kaos u aktar honijiet. Fl-ahhar kien hemm xufier ta' vann qabzitlu, saq bil-goff ghal quddiem il-BMW u nduna li s-sewwieq taghha kien go fiha. Inizzel it-tieqa, jiftah il-bieb....suspense...u jghajjat....wait for it:
"Aaaaa bourgeois!!!".
Imprezzabli.