Meta mmur sas-suq tal-Gare du Midi, niehu gost inkellem lill-bejjiegha Gharab bil-Malti. Il-Hadd li ghadda hadt gost aktar meta smajt il-kliem "uro", "uro", "uro". Ghax indunajt li dawn ghandhom il-mod taghhom kif jghidu "euro". Mhux ezatt bhall-Francizi, bl-"eu" ftit twila u nazali u bl-"o" ta' l-ahhar qasira. Imma bl-ewwel "u" qasira daqs l-"o" ta' l-ahhar. Ma nafx ghaliex imma ghogbitni. U l-"w" lanqas hossha. Hadt gost ukoll ghax Muhammed ikollu hafna frott bnin.