Prosit David. Inti bdejt taqleb Houellebecq, Kevin mehdi fil-qlib ta' Sartre, Pierre u jien bdejna nittraduċu Neruda... il-ħajja mhix twila daqskemm forsi nixtiequ imma kieku nieħu wisq gost naqra bil-Malti lil Kundera, García Márquez, Italo Calvino... hemm bżonn dixxiplina, ħafna paċenzja u enerġija. Kif jgħid il-qawl, bis-sabar u biż-żmien...
Biss noqogħdu attenti meta naslu biex nippubblikawhom, il-Kunsill tal-Malti tal-ġejjieni (għax dak tal-lum -ikolli ngħid- għadu fqir) forsi jkun jista' jagħti xi sovvenzjoni, imma wisq probabbli jkollna noħorġu parti kbira mill-ispejjeż aħna stess; jien ma niddejjaqx kieku (araw Alfred Palma miskin, qaleb id-Divina Commedia u bosta drammi ta' Shakespeare u l-pubblikazzjoni tagħhom kellu jħallasha huwa stess!), l-aqwa li jkunu disponibbli għall-qarrejja Maltin f'sura ta' ktieb. U ta' min naraw ukoll kif qegħdin il-liġijiet dwar id-drittijiet ta' l-awtur, għax fil-każ ta' Houellebecq per eżempju, għadhom ma għaddewx 20 sena mindu ġie ppubblikat il-ktieb li bdejt taqleb...
Imma insomma, dawk kwistjonijiet għal meta x-xogħol ikun lest. Sadanittant, awguri!
Bħ. x'mort tagħmel bit-template? Kien isbaħ qabel!
Grazzi Antoine. Hekk hu. Il-punti li qajjimt kollha qisthom. L-anqas wahda li tinkwetani tas-sovvenzjoni. Ma' Pierre u mal-gybexi diga tkellimna fuq xi possibilitajiet. Dwar id-drittijiet ta' l-awtur - dak punt krucjali imma u rrid naghmel erba' telefonati llum qabel ghada.
Template - hassejt li l-iswed kien sar naqra mudlam izzejjed. U kelli aptit 'Bidu Gdid'.
Buli, għada naqrah bil-kwiet. B'xorti ħażina m'għandix it-test oriġinali, imma jekk ikolli xi suġġeriment nibgħatlek e-mail.
Għadni ma nafx meta nibda naħdem il-pajjiż de Luxe, qed nistenna d-dettalji. Għadda xahar sħiħ issa mindu qaluli li għaddejt... Imma nimmaġina li ma ndumux ma niltaqgħu.
Lill-kollegi l-oħrajn li qed jagħmlu xogħol simili ma nafhomx personalment, imma rajt il-blogs tagħhom u l-ewwel partijiet tat-traduzzjonijiet li qed jagħmlu.
Jiena għandi xi tħarbix fuq l-istess linji, li għalissa ma nħossx li għandi nitfgħu fuq il-web (għalkemm tista' tkun idea tajba). Dak li qal Antoine huwa kollu minnu; realtajiet li ma tantx nistgħu naħarbu minnhom.
Prosit mill-ġdid (inkluża r-rebħa fid-derby tal-bieraħ...veru roma dei record issa. Kuntent li rajnihom jilagħbu dal vivo matul din cavalcata!)
Interessanti din il-biċċa xogħol tat-traduzzjoni. Jiena wkoll kelli pjan u l-ħajra li nibda xi ħaġa imma għalissa ħa jkollu jibqa' kollox fuq l-ixkaffa għax għandi wisq impenji oħra. La jkolli ċans inmidd idejja jiena wkoll tibżawx :)
Kurżità - fuq liema kriterji iddeċidejt li taqleb lil Houellebecq? Għaliex mhux xi ħadd ieħor?
Tajjeb kieku inkunu nafu min qed jittraduċi u xiex... xejn xejn inkunu nafu x'direzzjoni għandna nieħdu rigward awturi u xogħlijiet.
Jidher li diga' hawn interess qawwi ghal dan il-progett. Ta' min wiehed jibda' jahseb jekk ghandniex noholqu struttura. Imma ghalissa nahseb ahjar naraw x'noholqu individwalment u l-kwalita' tax-xoghol.
Forsi li ghandna naghmlu noholqu sit fejn innizzlu alemenu x-xogholijiet li behsibna nittraducu.
Ghaliex Houellebecq?
a) awtur kontemporanju Franciz b) jikteb fuq temi li jolqtu lil firxa wiesa' ta' nies c) idahhakni hafna d) qrajt kwazi kull xoghol tieghu e) nahseb l-istil tieghu facli taqilbu ghall-Malti
U ghaliex Lanzarote? (li zgur mhux l-aqwa xoghol tieghu)
a) gzira zghira u izolata li tiddependi mit-turizmu b) ktieb qasir u ghalhekk tajjeb ghal-ewwel esperiment
David, qrajt l-ewwel kapitlu l-bieraħ qabel dħalt norqod, tgħidx kemm dħakt! Jidher li l-istil ta' Houellebecq jippresta ruħu tajjeb ħafna għat-traduzzjoni Maltija. Ma qrajtx l-oriġinali imma l-verżjoni tiegħek tinqara fluwida u ma tinstema' sfurzata xejn. Hemm xi kelmiet 'l hawn u 'l hemm li forsi ta' min jerġa' jżurhom, la jkolli ċans nibgħatlek e-mail. Jew inħallilek kumment fuq is-sit tat-traduzzjoni jekk tippreferi, b'hekk is-suġġerimenti jista' jiddiskutihom kulħadd.
Ta' min wiehed jibda' jahseb jekk ghandniex noholqu struttura. Imma ghalissa nahseb ahjar naraw x'noholqu individwalment u l-kwalita' tax-xoghol.
Forsi li ghandna naghmlu noholqu sit fejn innizzlu alemenu x-xogholijiet li behsibna nittraducu.
Jiena hekk kont qed naħseb ukoll. Veru hija ħaġa improbabbli li tnejn minn nies ħa jaħdmu fuq l-istess xogħol b'daqstant xogħlijiet, imma li ikun hemm rekord ta' x'qed isir taf tiswa ħafna iktar 'il quddiem.
Twan - bil-qalb kollha, itfa' s-suggerimenti fuq is-sit tad-traduzzjoni. Il-Mejlak diga' wieghdni li ser jitfa' xi kummenti ukoll imma ma zammx kelmtu. Nahseb imhabbat. :-)
Naqbel ma' David li tkun idea tajba li aħna li qegħdin nittraduċu xogħlijiet bħal dawn, ningħaqdu b'xi mod. Jiena, bħala David, tal-fehma li jmissna noħolqu struttura f'dan ir-rigward. Din tista' tkun blogg jew anke forum.
L-idea tal-lista hi tajba ħafna. Għal kuntrarju ta' dak li qal Roderick, mhix xi ħaġa daqstant improbabbli li jkollok żewġ tradutturi jaħdmu fuq l-istess xogħol. M'ilux għamilt kuntatt ma' traduttur Malti, u oħroġ il-għaġeb, sirt naf mingħandu li kien diġa' qeleb xogħol li xi darba kien f'moħħi.
Tajjeb li naħsbuha sewwa din. Ma ninsewx li xi ħaġa bħal din tgħin ukoll biex il-bloggosfera Maltija ssir iżjed interessanti.
L-Imżebbel, jiena m'għidtx "impossibbli" imma "improbabbli"; ma jfissirx li m'hemmx iċ-ċans avolja dan jista' jkun pjuttost żgħir. Imma safrattant xorta kont jien li fl-ewwel kumment li ħallejt f'dil-bloggata (jekk titħajjar tfittixha), ħriġt bl-idea li għandna nkunu nafu x'inhu għaddej fejn tidħol traduzzjoni ta' xogħlijiet. U dan minħabba li teżisti l-possibiltà li tnejn minn nies jistħgu jispiċċaw jaħdmu fuq l-istess xogħol mingħajr ma jkunu jafu (li f'dan l-istadju daqstant bikri jkun ħela ta' ħin u riżorsi), kif ukoll biex kull min huwa interessat imidd idejh ikun jaf x'direzzjoni għandu jieħu rigward awturi u xogħlijiet.