Prosit, David. Jidher li Alá, Ġesù u Yahweh ftehmu li jerġgħu jqajmu xi riefnu.
Isma', dwar dik is-sentenza li xtaqt tittraduċi (dik li ħallejt fuq il-blogg tiegħi):
À 18 ans, je passais mes journées a rêver d'amour. À 22, je passe mes nuits à le faire.
Kif taf, b'xorti ħażina fil-Malti ħlief ewfemiżmi (naħseb) ma għandniex espressjoni ekwivalenti għal "faire l'amour"/"to make love". Il-proposta tiegħi ewfemiżmu wkoll (u probabbli li diġà ħsibt fiha), imma forsi s-sens ta' l-oriġinali jibqa' impliċitu permezz tal-kelma "nuits/iljieli":
Ta' 18-il sena kont inqatta' l-jiem noħlom bl-imħabba. Il-lum, ta' 22, inqatta' l-iljieli nipprattikaha.
jonkella: ... nwettaq dak li ħlomt.
Ma tantx hi soluzzjoni ħelwa, naf, hija biss proposta... issa nħalluha f'idejn l-esperti, forsi nsibu xi espressjoni aktar grafika.
Grazzi Twan - iva l-kelma "nipprattikaha" gietni f'mohhi u hafna ahjar minn "nwettaq dak li hlomt" li hija kemmxejn imgobbna, x'aktarx tfakkar lil dak li jkun f'xi 'ballad' ta' Julie u Ludwig u titlef ghal kollox is-sens originali.