Sideways
Kemm ghamilna xorti dil-gimgha, ma. L-Erbgha is-
sir tal-
PE hadna naraw loghba
futbol u t-
tim taghna rebah avolja kien qed jilghab
away u kien hemm hafna kesha. Lili u lil siehbi
Mark kienu ser jaghmlu ghalina ghax hasbuna Rumani imma Mark kellimhom bil-Franciz u qalilhom li jzomm mal-Furjana. Imbaghad il-Gimgha, mal-klassi ta' Pierre morna
outing minn dawk is-sbieh nett, ghax haduna nisimghu kuncert. U ma kienx bhal ta' Faniello imma xorta ddejjaqna ghax il-miss qaltilna li kien ser ikun
sexy-trashy-rock imma kien kollu ghajjat u twerziq u dehrilna li l-Francizi ma tantx jinqalghu biex iwerzqu b'dak il-mod. Kien hemm tifel xorta ghogbu ghax qal li kellhom base
eccezzjonali. Pierre bravu u
kiteb storja helwa wara l-kuncert imma xi hadd qal li biex hareg b'dik l-istorja bilfors
ipejjipha. U xi hadd iehor semma' lil tifel jismu
Huxley. Imma jien ma fhimtx x'riedu jghidu biha
. Imbaghad kien hemm tifel qabbizhieli ghax
qalli li jien ikkuppjajtlu il-project u li kien ser jugzani lis-surmast. U dak mhux kollox ghax il-miss haditna naraw film sabih dil-gimgha. Jismu Sideways u dhakna hafna l-izjed meta Miles icempel lil Christine waqt li jkun hara patata u jsaqsiha x'jismu r-ragel il-gdid taghha. U hi tghidlu 'Ken'. U hu jaghlaq ghajnejh u jirrepeti 'Ken' b'lehen li bikkieni bid-dahk. U dhakna ukoll meta wara l-ikla fir-ristorant, Stephanie tghid lil Jack u lil Miles "oh, we thought we could go back to my place. I've got some cheeses and wines." U Jack jghid "oh yeah!". Imbaghad ixengel rasu u jaghmel hoss qisu qattus ifferocjat.