"Klogg" tfakkarni fiż-żraben ta' l-injam tipiċi ta' l-Olanda... imma naħseb aħjar minn "blieb". Iebsa din. U bqajna ming+
Interessanti l-artiklu David, grazzi ħafna. Bsart jien li konna se naraw xi darba l-qabża mill-blogg fuq l-iskrin għall-blogg stampat. M'ilux qrajt xi mkien li l-awtriċi anonima tal-blogg Baghdad's Burning rebħet xi premju ta' gazzetta Brittanika. Ma niftakarx fejn qrajtu, naħseb kien fil-Guardian.
Twanny - dan hu progett iehor li missna nidhlu ghalih. Nahseb wara aktar minn sena ta' bloggar, ghandna materjal tajjeb bizzejjed biex nippublikaw xi haga f'forma ta' ktieb.
Qed nahseb fi ktieb fl-istil ta' "2005 - The Year of the Blog" fejn editur gabar l-aqwa bloggati ta' dik is-sena fi speci ta' antologija kummentata.
Twanny qadt nahseb daqsxejn fuq entrenched. Kont qed naħseb dwar il-possibiltà li nużaw "ittrinkat" jew inkella "radikat".
"Ittrinkat" ġejja mit-traduzzjoni ta' "trench" bl-Ingliż - trinka.
Minn naħa l-oħra, bit-Taljan entrenched tiġi tradotta "radicato/a" (skond iż-Zingarell). Li tagħmel sens ukoll għax turi li xi ħaġa qiegħda imdaħħla fl-għeruq. Aħna fil-Malti diġà nużaw derivazzjonijiet ta' "radice", eż. radikali, radikalità. Allura possibilità oħra tista' tkun li fil-fatt nużaw "radikat" bħala traduzzjoni għall-entrenched.
Togħġobni s-soluzzjoni tiegħek Rod. Biss nibża' li l-verb (i)rradika tinfixkel ma' l-Ingliż to eradicate, li ovvjament tfisser il-maqlub. Dan bħall-verbi (i)llegalizza u illegalizza - diffiċli tagħraf id-differenza bejniethom!
David, dwar il-proposta tiegħek, ġieli għaddiet minn moħħi. Il-problema hi li se nsibu bosta bloggati fejn il-kollegamenti u r-rabtiet ma' kontenut multimedjali huma ingredjenti importanti, li f'għamla ta' ktieb x'aktarx jintilfu. F'kull każ, ta' min naħsbu dwarha serjament... jekk ma nsibux pubblikatur Malti hemm xi websajts li jippermettulek tippubblika xogħlok f'forma ta' ktieb, jekk m'iniex sejjer żball bl-ISBN b'kollox, mingħajr ma tħallas ammont eżaġerat. Għandi link xi mkien, meta nsibu ngħaddihulek.
Jien diġà qed naħdem f'ħafna proġetti u bilkemm qed inlaħħaq ma' kollox, imma kieku nieħu gost nikkontribwixxi bħala qarrej tal-provi jew editur.