Brussels Blog
Sunday, April 02, 2006
  Eglise et Etat
Jahasra kemm se ndumu niskantaw qisna boloh meta xi Tonio Borg jew xi Lawrence Gonzi jghid xi haga li tfakkarna hafna f’li jkun ghadu kemm qal Benedittu XVI? U kemm ser indumu niehdu xokk qawwi kull darba li xi proxxmu jibda kampanja (sponsorizzata mill-gvern) biex idahhal il-kwistjoni ta’ l-abort fil-Kostituzzjoni? Kemm ser indumu nghajjru lil Tonio Borg fundamentalist u kemm ser indumu nisimugh jghidilna li, le, ta, m’inix fundamentalist, il-bad boys biss jghiduli hekk - qisna tfal fil-playground? Kemm ser indumu naqbdu mal-kazijiet individwali bla ma nistqarru darba ghal dejjem li jekk irridu Malta differenti, ghalxejn noqoghdu nfettqu fid-dettalji ta’ min hu fundamentalist u min mhuwiex? Kemm ser indumu nisimghu dibattiti sterili a la Daphne li r-ritornell taghhom dejjem l-istess: “in more civilized countries, this wouldn’t happen”?. U kemm ser idumu ghaddejjin biha l-Malta Today: “how come EU membership has not brought about the openness we expected”? Kemm ser indumu naghmlu f’qalbna meta xi proxxmu jfettillu jibda kampanja eccentrika kontra l-film The Da Vinci Code, bil-konkluzjoni tas-soltu: pajjiz tan-nejk? Biex imbaghad jigi xi Fausto jghidilna li heqq, remember, Article n of the Criminal Code bans blasphemy. U kemm se ndumu b’halqna miftuh berah qisna l-ghageb tal-presepju meta hutna Maltin u Ghawdxin jaghzlu lil xbiha ta’ Kristu ghall-fuq il-munita ewro jew meta t-Times of Malta taghti prominenza (fl-opinjoni taghna zejda) lill- kampanja bl-isem faux-cool “Y is Sex Worth Waiting 4”? U kemm ser indumu nwahhlu biss f’Tonio Borg meta l-Opposizzjoni (Socjalista?), bil-mexxej intellettwali b’kollox, lanqas titniffes, ma tmurx tirfes xi kallu u titlef xi vot imgiddem?

Id-dibattiti varji dwar id-divorzju/l-abort/Kristu fuq l-ewro/ministri fundamentalisti huma ghal kollox inutli minghajr dibattitu fundamentali (!) li, fl-2006, ghadu ma sehhx f’pajjizna. Aqraw ftit l-artikolu 2 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta (fil-bloggata ta' qabel din) u tintebhu malajr x’qed nghid. Ftakru li qed taqraw il-Kostituzzjoni ta' Malta (mhux tal-Partit Nazzjonalista jew tal-Gift of Life). Iflu, b’mod partikolari, l-Artikolu 2(2). Iva, qed taqra sew. Issa ser tkompli tistaghgeb?

Ejjew inkunu naqra serji u ma noqoghdux induru mal-lewza.

Lesti noholqu dibattitu fuq x’ghandha tkun ir-relazzjoni bejn l-istat u l-Knisja? Lesti, jew le, niggieldu l-glieda taghna (imqar simbolika) biex dak l-Artikolu 2, jitnehha? Jew ser nibqghu nistaghgbu - u nitkazaw b’kemm huma fundamentalisti – kull darba li jinawguraw statwa gdida fil-pjazza tan-Naxxar?


U ghax il-kuntest kollox...

Eglise et Etat
(artiklu mehud minn Les Lumieres – des idees pour demain, Telerama hors serie)

La separation
L’Etat n’a pas de culte officiel et la religion releve du strict droit prive. On distingue trois degres de separation: la separation pure et simple (France, Etats-Unis, Mexique, Turquie); la separation coordonnee – moyennant un accord bilateral entre l’Eglise et l’Etat, ou un traite de concordat avec le Vatican pour l’Eglise catholique – ou la religion, assimile a une association de droit public, peut pretendre a un financement public (Allemagne, Autriche, Croatie, Espagne, Italie, Portugal, Slovaquie); la separation hostile, enfin, ou l’Etat, fonde sur une ideologie athee ou agnostique, elimine la religion de la vie publique (Cuba, Chine, Coree du Nord).

L’association
L’Etat affiche une religion “nationale” – fondant l’identite de la nation – ou “officielle”. Cette situation peut cohabiter avec la liberte de conscience, un statut personnel seculier – mariage civil, divorce, IVG autorisee… - et le respect des autres cultes dans le pays concerne (Angleterre, Finlande, Danemark…).

La collusion
L’Etat se veut represantant d’une religion unique, confondue avec l’identite nationale. Les clercs sont fonctionnaires et jouent un role politique, la loi religieuse est appliquee pour le statut personnel, les autres religions sont tolerees (Iran, Pakistan, Algerie, Egypte, Israel…) ou interdites de toute expression publique (Arabie saoudite). Enfin, le Vatican, ou pouvoir spirituel et temporel s confondent en l’autorite du souverain pontif, fait figure d’unique Etat vraiment theocratique du monde.

F’idejkom id-decizjoni fejn tinstab Malta f’din l-iskeda…
Salam alikum!



 
Comments:
Jahasra kemm se ndumu niskantaw qisna boloh meta xi Tonio Borg jew xi Lawrence Gonzi jghid xi haga li tfakkarna hafna f’li jkun ghadu kemm qal Benedittu XVI?

Milli jidher int aggornat izjed minni. X'ghadu kemm qal Benedittu XVI li Gonzi u Borg ifakkruk fih?
 
U dwar Artikli sgradevoli fil-Kostituzzjoni, heqq, trid titghallem tghix bihom (kif ukoll Artikli ohra fil-Kodici Kriminali). Tinsiex il-famuz Artiklu 1(3) tal-Kostituzzjoni ta' Malta (u mhux xi pajjiz Afrikan Marxista imwahhal fis-snin 70).
 
Jekk niġu f'dan, b'dak l-Artikolu għadna mwaħħllin fil-Medju Evu. Fausto, li konna pajjiż Marxista, żgur ma kienx ikollna dik il-ħniżrija t'Artikolu.
 
Iva l-Imzebbel, imma x'aktarx (ejja nghidu 100%) kien ikollna dak li int issejhilhom 'hnizrijiet' ohra. Taqax fit-trappola reduttiva tal-Faust.
 
Mhux biex naqa' fin-nasba reduttiva jew inkompli bil-qrid vojt, iżda la qegħdin fiż-żifna:

Kostituzzjoni ta' Malta
Kapitolu II

8. L-Istat għandu jġib ’il quddiem l-iżvilupp tal-kultura u tat-
tfittix xjentifiku u tekniku.


(Qed niftakar fir-ritratt ta' Frankie il-ministru tal-kultura [bil-m u l-k żgħar, please] jitbissem flimkien ma' Fabrizio Fasullo)

9. L-Istat għandu jissalvagwardja l-paesaġġ u l-patrimonju
storiku u artistiku tan-Nazzjon.


No comment.

Ma nkomplix għax inqażżeż 'il kulħadd.
 
Imma zvijjajtilna ftit mis-suggett, Twanny siehbi.
 
Naf, naf... il-punt tiegħi aktarx kien li ċerti partijiet ta' l-imsejkna kostituzzjoni ma jiswewx il-karta li fiha huma miktuba. Imma din ovvjament mhix xi idea ġdida.
 
Post a Comment



<< Home
TOUT EST KITCH, SI L'ON VEUT.

ARCHIVES
May 2005 / June 2005 / July 2005 / August 2005 / September 2005 / October 2005 / November 2005 / December 2005 / January 2006 / February 2006 / March 2006 / April 2006 / May 2006 / June 2006 / July 2006 / August 2006 / September 2006 / October 2006 / November 2006 / December 2006 / January 2007 / February 2007 / November 2007 /


Powered by Blogger

Mit-18 ta' Dicembru 2005
Free Web Counter
Friends, Bloggers, (mainly) Countrymen
  • Fool's Cap - Malta's intelligentsia laid bare
  • J'accuse - Probably, Malta's most popular blog
  • Pierre J. Mejlak - Maltese literature spreads its wings
  • Toni Sant - In the beginning there was Toni
  • Wired Temples - Malta as centre of the universe
  • Il-Blobb tas-Sibt Filghaxija - Immanuel Mifsud
  • Xifer - Hibernating on the Edge
  • Triq il-Maqluba - Il-Malti fuq ruhu (bhalissa bil-brejk f'post griz)
  • Neebother - Thinking in the Cold
  • Malta, 9 Thermidor - The Right's Rottweiler
  • Aaron Farrugia's Blog - The beginning of the end of door-to-door visits?
  • Inutile de degeler - Cryptic stuff from the land of surrealism
  • Ajjut! Ajjut! - The aches and pains inflicted by Brand Malta
  • Lost in Thought - And Lots Going On
  • Mexxej Hassieb - Down, High and Out in Prague and Valletta
  • Kim Bah Lee - Bruxelles a l'anglaise