Ma nafu xejn dwarhom. Lanqas biss nafu x’jisimhom. Is-soltu naghmlu sinjal b’rasna meta ninsertawhom ghand tal-hobz jew ghand tal-grocer. U ilna nahbtu maghhom b’dal-mod ghaxar snin. Lanqas tista’ ssejhilha nuqqas ta’ interess. Aktar qisha familjarita’ li ma ddejqekx, izda li ma twassal imkien.
Imbaghad tilmahhom f’nofs Hyde Park, istrina! Wara l-genn tal-hwienet ta’ Regent Street ghogbitna dil-liberta’ tipikament Ingliza li thallik timtedd fid-deckchair, b’saqajk fuq il-lawn, titmattar b’sens ta’ sodisfazzjon u bil-hsieb li kwazi kwazi sirt Ingliz. Imma erba’ yards il-boghod, ezatt quddiemek, mixhutin f’deckchair parigg…Trid tammetti li ma ntlejtx b’xi ferh ta’ barra minn hawn meta gharafthom. Anzi aptit m’ghandekx ghax taf li se jkollok turi imqar hjiel ta’ entuzjazmu, u li se ssibha bi tqila. Fl-istess mument jinbet f’mohhom l-istess hsieb, u ghalhekk il-gesti jsiru identici. Nistaghbgbu fl-istess hin, b’ghajnejna berah u b’halqna miftuh. Nersqu lejn xulxin b’pass li minnufih igeddeb it-taparsi ferh tal-mument ta’ qabel.
Huwa f’dan il-punt li tigi ssalvak l-iprokrisija socjali li ilha tingema’ matul is-snin. Iva, dit-tip ta’ attitudni rilassata u at ease li nafu nhaddmu f’kull sitwazzjoni. Attitudni li l-adolexxenti misthija ma tantx jikkunslaw biha, izda li hija prattika hafna meta ssir adult – sens ta’ kunfidenza fik innifsek kemmxejn tad-dahk u artificjali li tghinek tkun naturali f’sitwazzjonijiet bhal dawn.
Inpacpcu. Dwar l-Ingilterra, ovvja. Nevitaw kull hjiel ta’ diskors dwar Malta. U nparlaw fuq il-vjagg, l-avventuri biex sibna lukanda, l-ghazla bejn nehdux it-tube jew it-taxi, u l-bqija. Nistaghgbu kemm ghandna x’nghidu. Kos, bhal donnu qed ningwalawha, kif domna das-snin kollha ma nitkellmu? Ghadna ma nafux xi gran che fuq hajjithom, imma jidhru nies minn taghna u fl-entuzajazmu tal-mument ta’ min nistiednuhom niehdu drink. Avolja…jumejn biss ghandna Londra, u dawk l-affarijiet kollha li xtaqna naraw ser jisfaw fix-xejn jekk nispiccaw nitrakkaw mal-Maltin. Tghid niltaqghu Malta? Mela, hekk naghmlu…Imma insomma…lanqas li tista’ tqatta’ erba’ mitt sena tparla fuq Londra…
U thoss li huma qed jahsbuha bhalek. It-tpacpic banali tal-bidu ibatti ftit u bejn kelma u ohra jinholqu pawzi twal. Thossok vojt u c-caw, see you ta’ l-ahhar tinhass qisha liberazzjoni.
Tmint ijiem wara, ghand tal-grocer, taghmel tabirruhek li ma rajthomx.
(Philippe Delerm, Rencontre a l'etranger, mill-gabra La sieste assassinee)